Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – Market Watch vs UASI – Ares Trading (Seroslim)

(Kawża T-201/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 49)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2008 (Każ R 805/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ares Trading SA u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

Trade mark Komunitarja  kkonċernata:

Trade mark verbali Seroslim għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 4113321

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Ares Trading SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali SEROSTIM għal prodotti fil-klassi 5 – (trade mark Komunitarja Nru 2405694)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 5 u fir-rigward tas-“sapun, lozjonijiet tax-xagħar u dentifriċji” fil-klassi 3 milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.