Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 – Freixenet vs UASI (Forma ta’ flixkun bl-iżmerill iswed matt)

(Kawża T-110/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrapreżenta flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1) (b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3) (ara l-punti 68, 78, 84, 102, 119, 120)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 104/2001-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta flixkun bl-iżmerill iswed matt bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Freixenet SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ flixkun bl-iżmerill iswed matt għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 32540

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     L-appell huwa miċħud.

2)     Freixenet SA hija kkundannata għall-ispejjeż.