Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2011 — Dow Chemical vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-77/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-lastku kloropren — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Impriża konġunta — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 73-77)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni ċara tal-partijiet li jistgħu jiġu mmultati u tal-kwalità meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġu implikati (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punt 110)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni tat-tul tal-ksur minn limiti progressivi ta’ sitt xhur — Perijodu itwal minn dak tal-parteċipazzjoni effettiva fil-ksur — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 92-145)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 157-164, 167)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar il-proċedura taħt [skont] l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Lastiku kloropren), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2974 finali, tat-23 Ġunju 2008, sa fejn din tikkonċerna r-rikorrent, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Dow Chemical Company hija kkundannata għall-ispejjeż.