Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – JOOP! vs UASI (!)

(Kawża T-75/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal‑użu – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (c), u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 25-29, 41-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1134/2007-1), dwar applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

JOOP! GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv għal prodotti fil‑klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 5332184

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JOOP! GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.