Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Travel Service vs UASI – Eurowings Luftverkehrs (smartWings)
(Kawża T-72/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva smartWings – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EUROWINGS u EuroWings – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) – Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009)”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 45)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 53, 62)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1515/2006‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurowings Luftverkehrs AG u Travel Service a.s. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Travel Service a.s. |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark Komunitarja figurattiva smartWings għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 21, 37, 39, 41 u 43 – Applikazzjoni Nru 3650595 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Eurowings Luftverkehrs AG |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali EuroWings għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41, trade mark nazzjonali u internazzjonali EUROWINGS għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 39 u 42, kif ukoll trade mark verbali nazzjonali WINGSGLASS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39, 41 u 42 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni parzjalment milqugħa |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Travel Service a.s. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Eurowings Luftverkehrs AG. |