13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-567/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-proċedura 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

2010/C 37/52

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-49/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-senternza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.