16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/08) (1)

(Rikors għad-danni - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) - Użu ħażin ta’ proċedura - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 211/51

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Power-One Italy SpA (Terranova Bracciolini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), maħsub sabiex jikkofinanzja l-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.