23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 — Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-475/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Pożizzjoni ta’ référendaire - Appell maifestament inammissibbli)

(2010/C 288/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Radu Duta (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Krieg, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Schauss, sussegwentement A. Placco, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2008, Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-103/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Radu Duta huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbuta mal-istanza preżenti.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.