|
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/38 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/08 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)
(2009/C 69/89)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, Il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn tikkonċerna li r-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |