26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ġunju 2009 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-376/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2005/2006 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2007 - Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat”)

2009/C 233/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-1/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.