23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-373/08) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sistema ta’ għajnuna prevista mil-liġi Taljana - Sistema ddikjarata kompatibbli mas-suq intern - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta’ ċerti impriżi - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza - Nuqqas manifest ta’ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 219/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Luljuż 2000, li ma toġġezzjonax kontra sistema ta’ għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja (għajnuna mill-Istat N 715/99 — Italja (SG 2000 D/105754)) u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
(2) |
Nuova Agricast Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |