21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/49


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009 — Wrigley vs UASI — Mejerigaarden (POLAR ICE)

(Kawża T-256/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 282/94

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Mejerigaarden Holding A/S (Thisted, id-Danimarka) (rappreżentant: A. Ellermann Holmbom, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 845/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mejerigaarden Holding A/S u Wm. Wrigley Jr. Company.

Dispożittiv

(1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-konvenut.

(3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.