30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/52


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Rappreżentazzjoni minn avukat li m’għandhux il-kwalità ta’ terzi - Inammissibbiltà”)

2010/C 24/92

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4323 finali, tal-25 ta’ Settembru 2007, dwar il-miżura C 45/2006 implementata minn Franza fil-kuntest tal-kostruzzjoni minn Areva NP ta’ impjant nukleari għal Teollisuuden Voima Oy.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

(3)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika tal-Finlandja, ta’ Greenpeace France u ta’ Greenpeace Nordic.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.