12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/29 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2008 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/08 R)
(“Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Artikolu 105(2) tar-Regoli tal-Proċedura’)
(2008/C 92/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Buczek Automotive sp, z o.o. (Sosnowiec, Il-Polonja) (rappreżentant: T. Gackowski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2007) 5087 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek.
Dispożittiv
1) |
L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2007) 5087 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek hija sospiża, safejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lil Buczek Automotive sp. Z o.o., sa l-adozzjoni tad-digriet li jikkonkludi dawn il-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |