27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2013 — Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-587/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-banana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni - Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv - Rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq - Ksur wieħed - Imputazzjoni tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Multi - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)
2013/C 123/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliz
Partijiet
Rikorrenti: Fresh Del Monte Produce, Inc (George Town, Gżejjer Cayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment B. Meyring, avukat, u E. Verghese, solicitor, sussegwentement B. Meyring)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Kellerbauer, A. Biolan u X. Lewis, sussegwentement M. Kellerbauer, A. Biolan, u P. Van Nuffel, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rinne, avukat, C. Humpe u S. Kon, solicitors, u C. Vajda, QC.
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni C(2008) 5955 finali tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.188 — Banana), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.
Dispożittiv
(1) |
L-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5955, tal 15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.188 — Banana), huwa ffissat għal EUR 8.82 miljun. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Fresh Del Monte Produce, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha. |
(4) |
Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |