3.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 355/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-579/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Miżura tal-awtoritajiet Taljana intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit mir-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor (l-Italja) wara perijodu ta’nixfa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu)
(2011/C 355/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Eridania Sadam SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, I. Perego, B. Amabile u M. Serpone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/704/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 29/04 (ex N 328/03) li l-Italja bisiebha tagħti għar-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor, proprjetà tal-kumpannija Sadam ISZ (ĠU 2009, L 244, p. 10).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Eridiana Sadam SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |