29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack

(Kawża T-526/08 P) (1)

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Dannu morali)

2011/C 30/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Il-punti 1, 2, 3, 5 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05), huma annullati.

(2)

Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

(3)

Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lil A. fil-kariga ta’ kap tad-diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura ta’ Guido Strack għal dan l-istess impjieg, it-talbiet għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn G. Strack, li jammonta għal EUR 2 000, kif ukoll l-ispejjeż.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.