3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2010 — Bui Van vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/08 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Irtirar ta’ att amministrattiv - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Terminu raġonevoli - Dritt għal smigħ”)

(2010/C 179/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentant: P. Nelissen Grade, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-11 ta’ Settembru 2008, Bui Van vs Il-Kummissjoni (F-51/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2008, Bui Van vs Il-Kummissjoni (F-51/07), hija annullata sa fejn tagħti kumpens għal ammont ta’ EUR 1 500 lil Philip Bui Van.

(2)

L-appell u l-kumplament tat-talbiet tal-appell inċidentali huma miċħuda.

(3)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi fuq ir-rikors għad-danni.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009