14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Lafili vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-485/08 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ parti li tilfet fl-ewwel istanza - Promozzjoni - Klassifikazzjoni fil-grad u skala - Fattur tal-moltiplikazzjoni ogħla minn wieħed - Konverżjoni tal-anzjanità fl-iskala - Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)
2010/C 221/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Paul Lafili (Genk, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, H. Krämer u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2008, Lafili vs Il-Kummissjoni (F-22/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Paul Lafili jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza. |