31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-482/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS TRANSPORT - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikoli 15 u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Alfred Hartmann u Atlas Transport GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Atlas Transport GmbH.

(3)

Alfred Hartmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.