13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T-476/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 37/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Media-Saturn Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Lewinsky, sussegwentement minn C.-R. Haarmann u E. Warnke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 591/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BEST BUY bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Media-Saturn Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.