24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Tisza Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-elettriku - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Natura selettiva - Riżorsi tal-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Eċċess ta’ poter - Artikolu 10 tat-Trattat fuq il-karta tal-enerġija”))

2014/C 194/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tisza Erőmű kft, li kienet AES-Tisza Erőmű kft (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tisza Erőmű kft għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.