28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/08) (1)

(Programm PHARE - ‘Fondi li jistgħu jiġġeddu’ miksuba mir-Repubblika Ċeka - Rimbors tas-somom imħallsa - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija - Bażi legali - Ordinamenti ġuridiċi distinti - Kunċett ta’ karattru ċert u ta’ ammont fiss tal-kreditu - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 160/19

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Dintilhac u Z. Malůšková, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li tipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċċija tas-somom dovuti mir-Repubblika Ċeka fil-kuntest tal-“fondi li jistgħu jiġġeddu” tal-programm PHARE.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.