29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs BEI
(Kawża T-461/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizz ta’ għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta’ sistema informatika - Caħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal rikors effettiv - Trasparenza - Proporzjonalità - Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni - Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Telf ta’ profitti)
2011/C 319/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Pietilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI, tal-31 ta’ Jannar 2008, li ma jaċċettax l-offerta mogħtija mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi intiżi sabiex tingħata għajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp ta’ sistema informatika u li jagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE u 230 KE, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 225 KE, 235 KE u 288 KE.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li ma jaċċettax l-offerta mogħtija minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2007/S 176-215155 li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi intiżi sabiex tingħata “[g]ħajnuna għall-manteniment, għas-sostenn u għall-iżvilupp tas-sistema ‘Loans Front Office’ (Serapis)” u li jagħti l-kuntratt lil Sybase BVBA hija annullata. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |