1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — CISAC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)

2013/C 156/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J. F. Bellis u K. Van Hove, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC)

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna l-International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC).

(2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009