3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Nexus Europe (Ireland) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/08) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Il-ħames programm-qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknolġiku u dimostrazzjoni - Proġett fuq it-tendenzi makroekonomiċi u urbani fil-kumpannija Ewropea tal-informazzjoni (Muteis) - Dannu li jirriżulta mit-tibdil ta’ kuntratt fir-rigward tas-sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż inkorsi minn parteċipant fil-proġett”)

(2010/C 179/61)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexus Europe (Ireland) Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: M. Noonan, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subiet minħabba li l-Kummissjoni kisbet ċerti tibdiliet tal-kuntratt Muteis IST-2000-30117, konkluż fil-31 ta’ Ottubru 2001.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Neux Europe (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.