1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra vs Latvijas Autoru apvienība vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-414/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

2013/C 156/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība (Riga, l-Latvja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J. F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC) huwa annullat, sa fejn Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008.