6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON)

(Kawża T-400/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENERCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ENERGOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

2010/C 301/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: BP plc (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Lulju 2008, (Każ R 957/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BP plc u Enercon GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.