|
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-304/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Prodotti ta’ imballaġġ ikkorrugati - Għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta - Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mogħtija mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Ammissibbiltà - Legalità tal-mandat mogħti minn persuna ġuridika lill-avukati tagħha - Adozzjoni ta’ deċiżjoni fi tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari - Locus standi - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha - Artikolu 87(3)(a) KE - Artikolu 88(2) u (3) KE - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 44(5) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura)
2012/C 250/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smurfit Kappa Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Propapier PM 2 GmbH, li kienet Propapier PM2 GmbH & Co. KG (Eisenhüttenstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer u Ch. Herrmann, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 1107 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna nazzjonali reġjonali li l-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom l-intenzjoni li jagħtu lil Propapier PM2 għall-bini ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta f’Eisenhüttenstadt (Reġjun ta’ Brandenburg-Nordost) (Għajnuna mill-Istat N 582/2007 — il-Ġermanja)
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1107, tat-2 ta’ April 2008, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna reġjonali li l-awtoritajiet Ġermaniżi beħsiebhom jagħtu lil Propapier PM2 għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika fejn tinħadem il-karta f’Eisenhüttenstadt (reġjun ta’ Brandenburg — Nordost) (Għajnuna mill-Istat Nru 582/2007 — il-Ġermanja) hija annullata. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea u Propapier PM 2 GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż. |