|
28.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 126/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS)
(Kawża T-288/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZYDUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZIMBUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2012/C 126/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, F. Potin u A. Juaristi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2008 (Kawża R 1092/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Cadila Healthcare Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda. |
|
(2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Cadila Healthcare Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |