7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/63


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Boudova et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-271/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ex membri tal-persunal temporanju - Ħatra - Klassifikazzjoni fil-grad - Kompetizzjonijiet ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni mill-ġdid minn istituzzjoni oħra tal-uffiċjali tagħha - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermattiv - Nuqqas ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà”)

2009/C 267/113

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Stanislava Boudova (Howald, il-Lussemburgu); Iveta Adovica (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Juraj Kuba (Konz, il-Ġermanja); Heinrihs Puciriuss (il-Lussemburgu); Agnieszka Strzelecka (Arlon, il-Belġju); Izabela Szyprowska (Berbourg, il-Lussemburgu); Timea Tibai (il-Lussemburgu); u Birute Vaituleviciene (il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ April 2008, Boudova et vs Il-Kummissjoni (F-78/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan il-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Stanislava Boudova, Iveta Adovica, Juraj Kuba, Heinrihs Puciriuss, Agnieszka Strzelecka, Izabela Szyprowska, Timea Tibai u Birute Vaituleviciene għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.