3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Ravensburger vs UASI — Educa Borras (EDUCA Memory game)

(Kawża T-243/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEMORY - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 76 u 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

(2010/C 179/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Educa Borras, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 597/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ravensburger AG u Educa Borras, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008