12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2012 — Rehbein vs UASI — Dias Martinho (OUTBURST)

(Kawża T-214/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OUTBURST - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OUTBURST - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009) - Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

(2012/C 138/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Alfons Rehbein (GmbH & Co.) KG (Glinde, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. E. Lampel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u P. Geroulakos, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Hervé Dias Martinho u Manuel Carlos Dias Martinho (Le Plessis Trévise, Franza)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1261/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Paul Alfons Rehbein (GmbH & Co.) KG u, min-naħa l-oħra, Hervé Dias Martinho u Manuel Carlos Dias Martinho.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-13 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1261/2007-2), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.