4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Mejju 2009 — Schuhpark Fascies vs UASI — Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)

(Kawża T-183/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva u verbali jello SCHUHPARK - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Schuhpark - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 153/73

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhpark Fascies GmbH (Warendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Peter u J. Braune, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Leder & Schuh AG (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Kellenter u A. Schlaffge, avukati)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1560/2006-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schuhpark Fascies GmbH u Leder & Schuh AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Schuhpark Fascies GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008