3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Tay Za vs Il-Kunsill

(Kawża T-181/08) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Mjanmar - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Bażi legali tal-Artikoli 60 KE u 301 KE magħqudin - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Proporzjonalità)

(2010/C 179/58)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pye Phyo Tay Za (Yangon, il-Mjanmar) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Lester, barrister, u G. Martin, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, agent, sussegwentement I. Rao, agent, assistit minn D. Beard, barrister); u l-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: A. Bordes, P. Aalto u S. Boelaert, agents)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 (ĠU L 66, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa mniżżel fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplika dan ir-regolament.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Pye Phyo Tay Za huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.