8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/08) (1)

(Fondi Ewropej għar-refuġjati - Azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-rifuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika - Proġett ‘Refuġjati trawmatizzati fl-Unjoni: istituzzjonijiet, mekkaniżmi ta’ protezzjoni u prattika tajba’ - Ħlas tal-bilanċ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amminitrazzjoni tajba - Żball ta’ evalwazzjoni)

2014/C 39/24

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Claus, sussegwentement C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Marzu 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt ta’ sussidju JAI/2004/ERF/073, dwar finanzjament Komunitarju ta’ azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-refuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.