3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Abreitsgemeinschaft Golden Toast vs UASI (Golden Toast)
(Kawża T-163/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Golden Toast - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
(2010/C 179/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Abreitsgemeinschaft Golden Toast e.V. (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 761/2007-1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Golden Toast bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Abreitsgemeinschaft Golden Toast e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż. |