21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/44


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Redrock Construction (REDROCK)

(Kawża T-146/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REDROCK - Trade mark nazzjonali preċedenti Rock - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 282/84

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Beckmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Dvořáková u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Redrock Construction s.r.o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: D. Krofta, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2008 (R 506/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll Gmbh & Co. OHG u Redrock Construction s.r.o.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.

(3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kwart mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.


(1)  ĠU C 158, 21.6.2008.