21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/43 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/08 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera b'eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 - Assenzi ġustifikati - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2009/C 282/82
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007, Sundholm vs Il-Kummissjoni, (F-27/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007, Sundholm vs Il-Kummissjoni, (F-27/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata. |
(2) |
Id-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2006, li permezz taghħa l-evalwatur tal-appell adotta r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ Asa Sundholm għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002, hija annullata. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza huwa miċħud. |
(4) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll dawk tal-istanza preżenti. |