28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni vs Dittert

(Kawża T-51/08 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Punti ta’ Priorità - Nuqqas ta’ attribuzzjoni minħabba inċident tekniku - Kumitat ta’ promozzjoni A* - Attribuzzjoni ta’ numru ta’ punti ta’ prijorità supplimentari inferjuri għall-proposta tal-ġerarkija - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi)

(2012/C 25/89)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Daniel Dittert (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-22 ta’ Novembru 2007, Dittert vs Il-Kummissjoni (F-109/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-Appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn D. Dittert.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.