5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/51 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Mejju 2008 — Thoss vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-46/08)
(2008/C 171/103)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nicole Thoss (Dommeldange, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti, wara l-mewt tar-raġel tagħha.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77 u d-deċiżjoni sussegwenti tat-28 ta' Settembru 2006; |
— |
tordna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sabiex tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77, b'effett retroattiv mill-1 ta' Diċembru 2003; |
— |
tikkundanna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għall-ispejjeż. |