5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/51 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-35/08)
(2008/C 171/101)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub tal-kompetizzjoni EPSO/AD/77/06 wara r-riżultat li kiseb fl-eżami ta' ammissjoni, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent, minn naħa, għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, sabiex jintbagħtulu ċerti dokumenti tal-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal EPSO/5000 LM-FR/31.05.2007 u MM/dbD(07)27442/06.12.2007, kif ukoll kull att relatat; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |