10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/24


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tas-27 ta’ Settembru 2011

De Nicola vs BEI

(Kawża F-55/08 DEP)

(Servizz Pubbliku - Proċedura - Intaxxar tal-ispejjeż - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Spejjeż indispensabbli - Onorarji mħallsa minn istituzzjoni lil avukat tagħha - Obbligu ta’ rikorrent li tilef li jbati dawn l-onorarji - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Kundizzjonijiet)

2011/C 362/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: F. Martin, aġent, assistita minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Rikors għal intaxxar tal-ispejjeż ippreżentat mill-konvenut sussegwentement għas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tat-30/11/09, mogħtija fil-Kawża F-55/08.

Dispożittiv tad-digriet

L-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru mill-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Kawża F-55/08, De Nicola vs BEI, huwa stabbilit għal EUR 6 000