29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/59 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Schuerings vs Fondation européenne pour la formation (ETF)
(Kawża F-87/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondation européenne pour la Formation - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta’ motiv validu - Tneħħija tal-post vakanti - Dmir ta’ premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)
2011/C 30/110
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gisela Schuerings (Nice, Franza) (rappreżentanti: N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)
Konvenuta: Fondation européenne pour la formation (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l- Fondation européenne tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tat-tkeċċija ta’ G. Schuerings, tat-23 ta’ Ottubru 2007, hija annullata. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-Fondation européenne pour la formation (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43.