7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/84


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Schell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Għoti ta’ punti ta’ promozzjoni mid-Diretturi-Ġenerali - Proċedura ta’ promozzjoni)

2009/C 267/151

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Arno Schnell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u l-annullament tar-rapport ta’ promozzjoni 2007 tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Schell huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008, p. 40.