31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kxif ta’ informazzjoni lill-istampa - Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza - Dannu morali - Deċiżjoni li jinbdew proċeduri dixxiplinari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 209/79

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Fotios Nanopoulos (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: V. Christianos, D. Gouloussis u V. Vlassi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Curall u K. Hermann, u sussegwentement J. Curall u K. Hermann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)

Suġġett tal-kawża

Il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu li jippreġudika l-unur u r-reputazzjoni tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Nanopoulos is-somma ta’ EUR 90 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008, p. 50.