5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/08) (1)

(Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta - Kondotta mhux tajba biżżejjed fid-dipartiment)

2009/C 297/53

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2007 tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg li tkeċċi lir-rikorrent minn membru tal-persunal bil-kuntratt minħabba kondotta allegatament mhux tajba biżżejjed fid-dipartiment u l-kumpens għad-dannu materjali u morali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Y għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008 p. 35.