29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010

Brune vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/08) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista ta’ riżerva - Żvolġiment tal-eżami orali - Stabbiltà tal-Bord tal-Għażla)

2011/C 30/107

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tniżżilx lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni AD/26/05 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tal-eżami orali tiegħu mill-eżami orali tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Mejju 2007, li ma tniżżilx lil M. Brune fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008, p. 69.