Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2010 — Messer Group vs Air Products u Chemicals

(Kawża C-579/08 P)

“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix — Trade marks preċedenti FERROMAXX, INOMAXX u ALUMAXX — Oppożizzjoni tal-proprjetarju — Pubbliku rilevanti — Livell ta’ xebh — Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 51)

2. 

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 54)

3. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 71-73)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali)(L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008, Air Products and Chemicals vs UASI (T-305/06 sa 307/06), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Settembru 2006, li jiċħdu l-appelli ppreżentati mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji “FERROMAXX”, “INOMAXX” u “ALUMAXX” għal prodotti fil-klassi 1 kontra d-deċiżjoni ta’ annullament li tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali “FERROMIX”, “INOMIX” u “ALUMIX” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4.

Dispożittiv

1) 

L-appell fil-kawża prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2) 

Messer Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Air Products and Chemicals Inc.

3) 

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.