Digriet tal‑President tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs L‑Italja

(Kawża C‑573/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Direttiva  79/409/KEE – Derogi mis‑sistema ta’ protezzjoni”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mis-sistema ġenerali ta’ protezzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 9(1) u (2)) (ara l-punti 15, 16, 23, 24)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova fuq ir-rikorrent (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punti 17, 18, 25, 26)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il‑konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Transpożizzjoni inkompleta - Derogi - Rekwiżiti.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Taljana għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tar-Regione Lombardia Nru 24, tat-30 ta’ Lulju 2008, li tirregola s‑sistema ta’ deroga prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal‑Kunsill 79/409/KEE, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, b’applikazzjoni tal-Liġi Nru 221, tat-3 ta’ Ottubru 2002 (Disciplina del regime di deroga previsto dall’articolo 9 della Direttiva 79/409/CEE del Consiglio, del 2 aprile 1979, concernente la conservazione degli uccelli selvatici, in attuazione della legge 3 ottobre 2002, n. 221), kif emendata għall-istaġun tal-kaċċa 2009/2010 bil-Liġi tar-Regione Lombardia Nru 21, tas-16 ta’ Settembru 2009.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.